Saturday, April 22, 2006

Toroq!


Toroq...l-aktar haga, flimkien mal-konsegwenzi taghhom, li sirt ma nahmilx! Tort taghhom li saqajja qieghda tugghani...le, mhux ghax imxejt izda ghax dak il-madunna ta' klacc ghajjejt nghafsu. Klacc, brejk, klacc, brejk, klacc, brejk. Tort tat-toroq, daqsekk!

Ma nistax nifhimhom dat-toroq. Toroq huma mezzi biex xi ftit nies imorru minn punt A sa punt B malajr kemm jista' jkun, waqt li ftit nies ohra jmorru minn punt B sa punt A malajr kemm jista' jkun wkoll. Nies li jghixu f'punt C, punt ezatt bejn punt A u B, hafna drabi jistaqsu lilhom infushom x'hemm daqsekk sabih li n-nies f'punt B jaraw f'punt A, u x'hemm daqsekk sabih li n-nies f'punt A jaraw f'punt B. In-nies ta' punt C kemm-il darba jixtiequ li n-nies f'punti A u B jiddeciedu darba ghal dejjem fejn iridu jmorru u jibqghu.

Jien nixtieq inkun f'punt D. Punt D mhu mkien partikulari, huwa biss punt komdu il-boghod hafna minn putni A, B u C. F'punt D jkolli dar sabiha, kwazi cottage, u nghaddi hafna minn hini f'punt E, li probabilment ikun l-eqreb "pub" ta' punt D*.

Il-konsegwenzi tat-toroq? Triduni nibda? Bis-serjeta`?
1) Traffiku (kemm fil-ghodu ghax-xoghol, kif wkoll fl-ghaxija ghad-dar: hadd ma jcedi ghax jahseb li jekk icedi se jsalva minuta minn xogholu, biex xorta, kif jasal l-ufficcju jaghmel bela` kafe` u jahli l ewwel nofs ta' nhar jitkellem mal-messaggier)
2) Sunday drivers anke jekk ma jkunx il-Hadd
3) Karrozzini
4) Injuranti bis-serkin (specjalment f'nofs il-highway ta' l-Imriehel li mid-dehra jahsbu li jkunu ghaddejjin bid-90 km/hr u jibdew inaqsu l-velocita` halli ma johdulhomx ritratt minn dawk iz-zewg kaxxi mat-tarf tat-triq)
5) Nies johorgu mis-side streets (halliha li d-darba li ghamiltha kissirt karozzti, gismi, gisem zewg nisa u spejjez ohra ta' Lm2795 jew Lm2975 (ma nafx liem ezatt) fuq karozza li mhix tieghi)

6) Nies jipparkjaw quddiem il-garaxx (specjalment, tghid kif! ezatt meta jkollok harja pazzeska trid tieqaf ftit l-isfel mill-garaxx u tmur thabbat bieb bieb biex tara ta' min hu dak il-pugut` blun jew dik il-morris msadda)
7) Petlor (75Ewro il-barmil...? Ikkoreguni)
8) St Rita Street ir-Rabat (jahsbu li fiha xi 4-lane dik it-triq. Kulhadd jipparkja doppju, kulhadd ala biebu mill-proxxmu, kulhadd jipparkja hazin, tal-haxix fuq il-bankina, jahsbu li jekk se jaghmlu l-hazard lights "now it's ok darling!", ftit metri mill-ghassa tal-pulizija u ma jsir xejn...etc...etc...etc...)
9) Nisa jsuqu hazin, irgiel ala biebhom (ehe, hekk ridt nghid)
10) Dagha fahxi
11) Hofor
12) Il-punti kollha t'hawn fuq u hafna ohrajn.

Ma nahsibx li dan il-kapulavur ta' post ghandu bzonn konkluzjoni. Xejn ma nghidilkom, l-ewwel darba li tohorgu mid-dar, ieqfu, zommu l-brejk u rriflettu! X'dinja isbah tkun din minghajr toroq!

Saluti

* Tradotta u adattata mill-ktieb "The Hitchhiker's Guide to the Galaxy"

2 Comments:

At 1:56 PM, Blogger Coemgen said...

It-traffik nawzejanti...........

Bilhaqq, insejt issemmi lil tal-hut, ipparkjat fuq is-sinjali sofor go Mejn Strijt ftit qabel il-knisja ta Pawlu!

 
At 9:03 PM, Blogger Sylvan said...

Eh coemgen!...ma ninsewx dak tal-haxix li biddel iz-ziemel ghall-ISUZU hdej ta' wizu!...ghallinqas daqsekk xammejna riha ta' hawa (ma dduwlix l-ewwe) mal-vegetali!

 

Post a Comment

<< Home