Friday, April 07, 2006

L-Ewwel Powst!

Qatt ma fhimt x'inhi l-hype fuq il-blogs (jew blogz biex Maltikament inkun korrett). Ghalhekk ghidt bejni u bejn ruhi, "Ghala ma naghmilx xi haga jien wkoll?". Forsi nibda nifhem x'inhi dil-hajp...hekk bhat-tfal zghar li jithajjru mix-xejn. U komplejt bejni u bejn ruhi, "X'ha nikteb allura? Noqghod nikxef sormi man-nies fuq x'qed nahseb? Jew jekk ma niktibx fuq dak li qed nahseb mhux xorta n-nies ikunu jafu li kif u x'fatta kelli l-hin x'nahli, kemm fuq ix-xoghol (ezatt bhal issa) kif ukoll id-dar?"...imbaghad komplejt nghid, "u ijwa, dan qisu diary...qatt ma hmilthom diaries u qatt ma zammejt li nikteb kull gurnata u nibda 'dear diary'...kollha nejk dawk...le, dik mhix se naghmilha. Se nikteb meta rrid u meta jfettilli u bil-Malti, halli ghallinqas ma nikxifx sormi mal-barrani".

Imbghad narma nikteb fuq kemm hemm nejk minn dan u kemm hemm nejk mill-iehor...u tkunu tistghu tghajjtuli ciniku jew dizappuntant bil-hajja...imma miniex. Jigifieri, jkolli nammetti mieghi innifsi li jekk nibda nikteb hawn, in-nies se jibdew iqisuni xi wiehed minn dawk li jikkritikaw kollox u lil kulhadd...forsi jien hekk vera, imma xi tridni naghmel? Niddejjaq wkoll jkolli dejjem ragun, imma dak ghax int injurant...

Tant naf li ghandi ragun f'kollox, li nista' nghid li nista' nbassar li se nircievi kummenti tghiduli kemm jien injurant u kemm mhux vera ghandi ragun f'kollox (...u hekk tikkonfermawli dak li bassart...u finalment tikkonfermawli li ghandi ragun f'kollox...) Insomma, jiddispjacini...infetah blog iehor bla sens mal-bqija taghkom...

1 Comments:

At 11:50 PM, Blogger Kenneth said...

Merħba :)

 

Post a Comment

<< Home