Oh Gesu x'ugiegh ta' ras dik! U dan ma xrobtx il-bierah filghaxija! Kieku mur arani kif inkun dalghodu. Intfajt naqra sa pancuvill il-bierah bil-lejl. Is-soltu nsomma. Hafna nies f'nofs ta' triq, hafna nies jixorbu, hafna nies hara mejta ma' l-art, hafna nies fuq hafna l-spallejn ta' hafna nies ohra, hafna hbieb...hbieb insomma...nies li tkun tafhom u nies li tkun tafhom minn wicchom biss u xorta sselmilhom u li wara xarba birra tajba tkun qisek l-akbar habib maghhom! U Pancuvill tara hafna nies ohra...
L-ewwel ezempju femminili li se nitkellem dwaru hu dik it-tfajla li tilbislek qasir hafna, xaghar tad-deheb, lipstikk ahmar nar u nofs sider barra. L-ispeci maskili normalment jkun l-gharus taghha li jilbislek ic-cowker tad-deheb u salib u jkollu anke xaghru qisu rizza, kollu gel. L-ispeci femminili jkunu l-ghaxqa ta' l-ghajnejn, ghax gieli jkollhom xi gisem warrab minn haw!...imma jkunu anke l-ghaxqa tal-qrejjen! Ghax l-ispeci maskili tac-cowker u s-salib jkun qed jiehu birra ma' siehbu ta' l-isleevless (u mibni) waqt att socjali tipiku taghhom u hi toqghod tittanta x-xemx ghaddejja, allavolja jista' jaghti l-kaz li jkunu ta' speci ohra. Dawn normalment jitkellmu jghajjtu hafna, jomghodu ccuwingamm, u jmorru fejn hemm il-muzika kummercjali. Bhala rit ta' inizjazjoni joqghodu jizfnu zaqqu ma' dahrha. U hi, bit-tama li thossulu naqra, toqghod iccaqlaq il-warrani ma' gismu. U hu, bil-muskoli kollha l-ghandu, jittama li ma jigix daqsekk kmieni, ghallinqas did-darba.
Issib l-ispeci ta' l-adolloxenti. Fl-ispeci maskili nsibu guvnott wiccu kollu ponot (miskin). Xaghru twil inkallat (ghax hekk cool!), qalziet iswed, zarbun tal-hadida fuq quddiem u t-shirt iswed XL (hu jkun jilbes Small normalmente). Fuq it-tshirt jkollu xi salib rasu l-isfel imdawwar b'xi serp. Dan normalment jkun iridha tat-tellief, u jkun irid jidher tat-tellief. Jintefa fil-bars fejn idoqq il-muzika tal-gebla (ghar-rock qed nghid aaa njurant!) u jhossu habib mal-folla ta' l-istess speci/telliefa ohra bhalu. Normalment jaqbad tal-linja ta' 12:00am ghax deep down, il-mommy (li tkun ta' speci religjuza normalment) iggghalu jidhol kmieni biex fil-ghodu jmur jisma' l-quddies u wara jibqa' sejjer izur lin-nanna. Imma t-tshirt ma jnehhiehx minn fuqu. Ir-rit ta' inizjazzjoni hi kwazi minima. Ghax l-ispeci femminili normalment ihobbu l-muzika tar-ritmu u l-ispeci maskili jhossu wisq tellief biex ikellem mara. Normalment, l-akbar konkwista li jkollu hi birra f'idejh.
Imbaghad issib l-ispeci li jippretendi li ghandu hafna liri. Normalment il-verzjoni maskili ma jkollux wisq flus...ghax aktar jkunu ta' missieru. Hu jonfoq hafna fil-hwejjeg u fix-xaghar u jkollu telefonin minn ta' l-ahhar. Jitkellem bl-ingliz imfarrak ghax meta kien zghir kien jaf li se jiehu l-biznis ta' missieru u allura ma kienx joqghod attent. Kull tfajla li jkun jaf ibusha fuq haddejha u kull guvni li jaf johodlu b'idejh qisu l-akbar habib ta' hajtu. Normalment, jkollu tfajla ta' l-istess kalibru u meta jiggieldu jitkellmu bl-ingliz ghax ihossuhom aktar komdi. Biex jintefghu fl-intimita`, din l-ispeci, normalment jmorru fil-pool tad-daddy tieghu jew fejn hemm l-isnooker room tal-villa. Normalment qabel imorru pancuvill, din l-ispeci tintefgha f'xi wine bar (ghax issa saru moda mhux hazin), jitfa l-karozza (tal-papa`) fil-parking tal-hlas, u jimxi qisu ghandu d-dinja f'idejh. It-tfajla tieghu imma, tkun mdejqa mieghu u tkun trid it-thrill tar-ragel normali, bniedem li jahdem ghal dak li hu tieghu u mhux isibu lest. Imma l-hajja komda hi sabiha wisq.
Imbaghad issib ir-ragel normali. Jilbes kif jista' mill-ftit li jaqla' mal-gvern. In-nisa li jilbsu qasir (bl-gharus tac-cowker) ma jharisx lejhom ghax ma joghgbuhx, allavolja jkollhom xi gisem tal-qaddisin. L-ispeci tan-nisa tal-liri ma jharisx lejhom anqas ghax dawk jitkellmu bl-ingliz. Hu jfittex verzjoni femminili bhalu. Imma l-mustacci fuq tfajla ma jogghbux, ghalhekk, l-ghazla hi aktar restritta, miskin! Dan normalment jintefa f'xi wine bar qabel wkoll u jonfoq normali...cioe, flixkun inbid tat-Lm8 jista' jinsieh u jara jekk isibx wiehed tajjeb b'Lm4 jew b'Lm4.50 bejn hamest ihbieb li normalment jkunu ta' l-istess speci. Dan normalment jintefa wkoll fejn jintefa r-ragel tal-liri, imma dan jaf jiehu aktar gost. Hu hbieb ma' hafna speci: dak tac-cowker (minn fuq ix-xoghol sar jafu), hu habib ma' tal-liri (ghax kienu kors flimkien), hu habib mar-rocker (ghax ikun kugin, gar jew huh). Fl-intimita', il-maskju johrog lil mara darbtejn jew tlieta fil-gimgha u jmorru jaraw film u jinnamraw fil-karozza tieghu jew taghha. Post ma' jkollhomx aktar komdu u meta jkunu hdejn in-nies l-aktar li jaghmlu hu li jmissu xoffa ma' xoffa.
U fl-ahhar issib l-aljen: il barrani. L-ispeci femminili aljena tistkerrah lit-tfajliet taghna ghax jilbsu wisq qasir u qahbesk. L-aljena tiehu gost tixrob bl-irhis u taghmel hafna hbieb. Il-barranija titkellem bl-ingliz u normalment tintefa ma' xi bar u toqghod taqbez u titbellah kemm tiflah ghax hawnhekk, Pancuvill, hadd ma jafha, mhux bhar-rahal minn fejn gejja. L-aljen ragel ftit jew wisq l-istess. Hemm wkoll l-aljen illegali: iswed tuta, jilbes ta' rapper, arlogg tad-deheb (falz) u joqghod jizfen zaqqu ma' dahar l-ewwel wahda li jsib, normalment ta' l-ispeci tac-cowker. L-aljen illegali jhobb jghid li hu Braziljan jew Svediz (b'accent Nigerjan).
Hemm daqsxejn aktar varjazzjonijiet, izda dik hi fuq fuq. Jekk tahsbu li ghandkom xi speci ohra f'mohhkom li hi mportanti ssemmuha, ibghatuli messagg u nippruvaw ninkluduh fil-harga li jmiss.